27th & 29th December 2014

27th & 29th Dec

Sean Briffa Mifsud – Yr 4.3

Is-27 ta’ Diċembru
Illum qomt kmieni biex ngħin lil ommi tlesti l-affarijiet li fadal tal-festin ta’ għeluq snini. Lestejna l-mejda fejn se npoġġu l-ikel u l-luminata. Ommi ppreparat ‘dip’ tat-tonn taz-zejt u ħobz bil-ġobob u perzut. F’daqqa waħda waqt li kienet qed tisbarazza waqagħulha l-muggijiet kollha, fosthom il-mug favorit tagħha. Wara ftit wasal l-ikle tal-festin. Malajr sar il-ħin u ftit, ftit bdew jaslu l-mistednin.Qlajt ħafna rigali sbieħ fosthom il-‘Lego’.

Id-29 ta’ Diċembru 2014
Illum it-temp kien ikraħ ħafna u ma ħriġniex. Jien komplejt dan id-djarju u ommi għenitni fl-istampi. F’daqqa waħda nisimgħu ħoss ta’ sirena. Ommi ħarġet tara x’kien ġara. Il-ħoss kien ġej mil-lift tal-appartament. Xi ħadd kien qiegħed ġol-lift u kien imsakkar għax kien mar id-dawl tal-lift. Hija bdiet iċċempel lill-parrinu tiegħi għax hu jsewwi l-elettronika imma ma kienx id-dar, kien ix-xogħol! Ommi u tliet ġirien oħra magħha, zewġt irġiel u mara irnexxielhom jiftħu l-lift u huwa beda jirrakkontalhom x’kien ġara. Ommi avzatni biex ma mmurx fil-lift waħdi. Jien se nobdi zgur!