28th December 2014

28th December

Tristan Dalli – yr 4.1

Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru 2014
Dalgħodu kelli nqum fil-ħamsa ta’ filgħodu peress li konna sejrin għall-btala f’Londra. Fis-sitta u nofs tlaqna mid-dar għall-ajruport Internazzjonali ta’ Malta. X’ħin wasalna għamilna ‘check in’ u tlajna fuq l-ajruplan. L-ajruplan dam tlett siegħat u kwart biex wasal Londra. X’ħin wasalna l-ajruport ta’ Londra qbadna ‘underground’ fejn wasslitna l-lukanda ‘Premier Inn’. Tawna l-kamra fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar u x’ħin poġġejna l-bagalji fil-kamra morna nieklu ġo restaurant viċin il-lukanda ‘Pizza in Style’. X’ħin kilna morna ‘Winter Wonderland’ ġo Hyde Park. Xi d-disgħa qbadna t-triq lura għall-lukanda biex norqdu peress li konna għajjenin ħafna.