1st January 2015

Julian Gafa’ – yr 4.1

1 ta’ Jannar 2015
Illum sena ġdida! Kif qomt mort nieħu l-fatra u jien bdejt nagħmel id-djarju; ilbisna pulit għax konna se mmorru għand in-nanniet ta’ Marsaxlokk. Xżħin wasalna morna l-quddiesa imbagħad morna għand in-nanniet biex nieklu magħhom. Kienet ġurnata kiesħa mmens! Kilna spaghetti marinara u klamari mimlijin.Għad-dizerta n-nanna għamlet blalen zgħar miksijin biċ-ċikkulata u minn ġewwa bit-tamal u l-ġewz u ‘trifle.’ Wara nofsinhar qgħadna nilagħbu għand in-nanna. Lgħabna ħafna mal-qattusa sufija tagħha ‘Cookie’. Tlaqna fit-tard u għaddejna nzuru n-nanniet ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. X’ħin wasalna d-dar tagħna oħti u jien xegħlna l-kompjuter, inħsilna u jien u missieri rajna film u dħalna norqdu. Kienet tassew ġurnata sabiġa għalkemm kien ħafna bard u xita.